Aħbarijiet

Għanijiet

Fundaturi

Membri
Kuntatt

Kwotazzjonijiet

Fittex

 

 

 

Dħul

Min Aħna

Minn Anna Spiteri, fundatriċi u Chairperson ta’ Mara Mediterra

Li inwaqqaf organizazzjoni independenti bit-tema tal-Mara, kienet ħolma ilha tolqot l-immaġinazzjoni tiegħi għal bosta snin. Mara Mediterra (Mara , Medi (fin-nofs) u Terra (art) huma kliem li flimkien jgħarrfu r-rwol ċentrali tan-nisa Maltin fil-kultura ħajja tal-Mediterran.

L-oqsma primarji li fuqhom tiffoka Mara Mediterra ġew magħzula fuq bazi ta’ esperjenzi personali u oħrajn varji.

Edukazzjoni

Il-ħidma tiegħi, bejn l-1997 u l-2001, ma’ grupp ta’ nisa attivi fil-Kunsill Skolastiku ta’ l-Iskola Primarja ta’ L-Isla kienet esperjenza li għinitni niftaħ għajnejja għall-potenzjal kbir li dawn in-nisa Senglejani kellhom. Bl-għajnuna u d-direzzjoni ta’ Prof. Dr. Peter Mayo u Dr. Karm Borġ, li offrew is-servizzi tagħhom b’mod volontarju, dawn in-nisa kellhom rizultat pozittiv fit-titjib fil-mod ta’ kif l-iskola ta’ uliedhom kienet qed titmexxa. Din l-esperjenza swiet sabiex fis-Sajf ta’ l-2003 dan l-istess grupp ta’ nisa ikkollabora mal-Kunsill Lokali Isla fl-ippjanar u l-implementazzjoni ta’ proġett edukattiv għat-tfal u l-ġenituri tal-lokal. Dan il-proġett kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta.

Għaldaqstant, ġie deġiz sabiex il-bini ta’ Mara Mediterra jkun fl-Isla, f’post li bħalissa qed jiġi irranġat sabiex, minbarra l-uffiċini ta’ l-għaqda, jilqa’ wkoll l-Klabb tan-Nisa Senglejani ta’ Mara Mediterra. L-għanijiet ta’ dan il-klabb ser ikunu primarjament sabiex jift]u bibien ġodda għall-izvilupp personali u krejattiv ta’ dawn in-nisa tant straordinarji.

Kultura

L-ideja g]all-ewwel attivita’ krejattiva u kulturali ta’ Mara Mediterra bħala NGO kellha bidu wara li attendejt il- lectures brillanti ta’ Dr. David Trump bit-tema ‘A New Look at the Old Temples’ (It-Tempji l-Qodma b’ħarsa {ġdida). Kienu bosta l-parteċipanti barranin u nisa w irġiel Maltin li esprimew ix-xewqa li jsiru jafu aktar dwar dawn it-tempji. Għaldaqstant il- programm Fourthways, li huwa ispirat mill-artista Jeni Caruana, ġie fis-seħħ u ser jibda f’Marzu 2006.

Bl-inkuraġġiment tas- CEO tal-Heritage Malta, Ms.Antoinette Caruana, din iċ-ċelebrazzjoni krejattiva u kulturali ġiet organizzata u l-applikazzjonijiet għaliha jistgħu jsiru direttament minn fuq din il-website.

Fourthways huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu li jiċċelebra l-fazi ‘femminili’ taz-zminijiet arkejoloġiċi u storiċi ta’ pajjizna. Il-forom tondi li jikkaratterizzaw dawn it-tempji huma aktar marbutin ma’ l-għarfien intuwittiv u primordjali ta’ l-art u s-sema, milli mal-gwerrer u l-vjolenza.

Min-naħa l-oħra, meta tħares lejn l-Isla, waħda mit-tliet ibliet medjevali ta’ madwar il-Port il-Kbir, tista’ tinnota kuntrast kbir f’swar għoljin u goffi, mibnija fuq struttura kwadra mill-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San ġwann sabiex jiddefendu l-gzira mill-attakki mill-baħar. Maz-zmien, in-nuqqas t’attivita’ fil-Port il-Kbir wassal sabiex, illum il-ġurnata, dawn is-swar juru b’mod ċar id-distinzjoni u l-‘firda’ tat- Tlett Ibliet mill-bqija tal-gzira.

Ambjent

Nista’ ngħid illi m’hix ħaġa faċli li tgħix f’belt li għandha l-ikbar densita’ fil-popolazzjoni fost l-ibliet u l-irħula l-oħra tal-gzejjer Maltin. Kien fl-1985 meta, waqt il-Women’s Forum f’Nairobi, il-Kenja, sirt naf b’bosta proġetti f’zoni urbanistiċi li ġew influwenzati minn organizazzjonijiet ‘għeruq’ tan-nisa f’pajjizi differenti.

Nemmen illi d-disinn u l-ippjanar ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni ta’ zoni urbanistiċi għandu jitħalla f’idejn il-perspettiva unika tan-nisa, speċjalment meta tikkunsidra l-importanza li jiġu ikkrejati zoni mingħajr periklu għat-tfal u spazji wiesgħin sabiex ikunu jistgħu jitgawdew mir-residenti kollha tal-post.

Għaldaqstant nittama illi snin twal t’esperjenza fil-qasam tal- konsulenza ambjentali (environmental consultancy) ser jgħinu sabiex nagħti l-kontribut tiegħi fit-twaqqif ta’ proġetti ta’ din ix-xorta fil-lokalita’.

Gender

It-twaqqif ta’ NGO independenti hija ħolma u ambizzjoni li fl-aħħar qed isseġħħ bl-għajnuna ta’ bosta persuni. F’ħajti iltqgħajt ma’ ħafna sitwazzjonijiet fejn l-imġieba lejn in-nisa, minn perspettiva personali, ma’ kienet xejn normali. Kien jidher pero’ illi ħaddieħor kien jara din it-tip ta’ imġieba bħala xi ħaġa normali u accettabbli, saħansitra min-nisa stess.

Bħalissa f’Malta hemm numru zgħir t’għaqdiet ta’ nisa mill-klassi medja li qed joffru l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom sabiex jindirizzaw kawzi varji. Pero’ għad hemm nuqqas kbir ta’ moviment konsistenti mingħajr irbit politiku jew reliġjuz u li ma jibzgħax jitkellem fil-miftuħ dwar gender issues.

Ms. Rene Laivera (ex Direttur tad-Dipartiment tal-Mara fis-Soċjeta) ser tkun il-persuna, li, bl-esperjenza vasta tagħha fuq is-suġġett, ser tgħin lill-membri ta’ Mara Mediterra jiftħu għajnejhom għal dak li qed jiġri madwarhom permezz tal- ‘Gender Awareness Educational Programme’.

Il-Paċi

Is-suġġett tal-paċi ġie inkluz f’Mara Mediterra s-sena l-oħra waqt diskussjonijiet dwar proposta ta’ proġett ta’ l-UE ma’ l-imsieħba tagħna ‘Centro Studi Difesa Civile’ f’Ruma. F’din il-proposta tagħjna s-suġġeriment tagħna li n-nisa f’zoni ta’ kunflitt għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-atturi prinċipali. Ipproponejna wkoll illi n-nisa għandhom jiffurmaw parti integrali mill- ‘Peace and Conflict Impact Assessments’ u li f’dan il-proġett jiġu ikkrejati programmi ta’ taħriġ speċifikament għal nisa li jipparteċipaw f’proċessi ta’ paċi.

Sal-ġurnata tal-lum jidher illi dawn l-idejat għadhom ma bdewx jiġu introdotti f’zoni ta’ kunflitt fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani, pero’ nemmen illi dawn jistgħu jiġu esplorati aktar fil-fond meta jinħolqu opportunitajiet aħjar.