|
|
Fundaturi
Anna Spiteri ilha involuta fil-qasam tar-riċerka tax-xjenzi ambjentali (environmental sciences) għal dawn l-aħħar 18 –il sena. Hi tmexxi l- e-company (IRM) CO. Ltd li hija kumpanija knowledge-driven li, flimkien ma’ pajjizi mill-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, tikkordina u tipparteċipa f’proġetti ta’ riċerka u zvilupp sponsorjati mill-Unjoni Ewropeja.
|
|
Anna Spiteri hija wkoll espert tal-Kummissjoni Ewropeja fil-qasam ta’ l-evalwazzjoni u reviewing ta’ proġetti tal- GMES. Għal xi zmien hija wkoll ħadmet fuq proġetti ta’ gender policy u issues oħra relatati ma’ dan is-suġġett. Fil-fatt, 10 snin ilu, IRMCo kienet waħda mill-ewwel kumpaniji li bdiet tqajjem kuxjenza dwar ir-rwol importanti tal-gender policy f’ pro[etti ta’ riċerka ta’ l-Unjoni Ewropeja.
|
Dan l-aħħar Anna iddeċidiet li testendi t-talenti tagħha billi twaqqaf għaqda tan-nisa Mara Mediterra. Il-bazi u l-operat ta’ din l-għaqda huma mibnija fuq l-‘għeruq’, jiġifieri l-potenzjal, il-kultura u r-rizorsi, li diga jinsabu fil-komunita’.
Mara Mediterra twaqqfet permezz tar-rizorsi ta’ IRMCo. |
|
Renee Laiviera DE (AM), DPS. Kienet Direttriċi tad-Dipartiment tal-Mara fis-Soċjeta’ u Chairperson tal-Kummissjoni dwar l-Avvanz tal-Mara. Fir-rwol ta’ l-aħħar, Ms. Laiviera kienet responsabbli mill-implimentazzjoni tad-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropeja dwar l-ugwaljanza ta’ bejn is-sessi tul il-proċess tad-dħul ta’ Malta fl-UE. |
|
Fuq il-policy ta’ l-UE, hija tat ukoll bidu għal pjan t’azzjoni mifrux fuq erba’ snin sabiex jiġi implimentat gender mainstreaming fis-settur pubbliku. Dan ix-xogħol kien jinkkonsisti f’programmi ta’ taħriġ dwar gender awareness, gender mainstreaming u gender impact assessment g]al senior u middle managers f’seba’ ministeri differenti. |
Tul dan il-proġett, Renee ħadmet mill-viċin ma’ esperti mill-COMSEC Dr. Gwendoline Williams u Prof. Patricia Leighton kif ukoll ma’ Prof. Teresa Rees u Dr. Alison Parken mill-Universita’ ta’ Cardiff. Renee kienet ukoll membru attiv f’ transnational learning partnership ta]t il-programm Socrates Grundtvig 2 bit-tema ‘Political Education and Learning for Gender Mainstreaming Implementation’.
Renee ipparteċipat u gżamlet bosta interventi f’konferenzi nazzjonali u internazzjonali fuq it-tema ta’ l-ugwaljanza ta’ bejn is-sessi b’emfasi speċjali fuq gender mainstreaming. Fis-snin sebgħin hija kienet ukoll attiva ħafna fil-moviment tan-nisa permezz tal-ħidma tagħha ma’ bosta NGOs. Bejn l-1992 u l-1996 Renee Laiviera kienet is-Segreatrja {enerali ta’ l-Assoċjazjoni tan-Nisa fil-Mediterran. |
|
Antoinette Caruana issieħbet mal-Heritage Malta bħala CEO f’Marzu ta’ l-2003. Qabel dan, hija kienet tokkupa pozizzjonijiet għolja manigerjali ma’ kumpaniji privati b’speċjalizazzjoni fl-oqsma ta’ human resources management u change strategies.
Antoinette ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-Universita’ ta’ Malta u irċeviet Masters’ Degree mill-Universita’ ta’ Leicester. |
|
Bħalissa Antoinette Caruana hija c-Chairperson tal-Malta Professional and Vocational Awards Council, direttur tal-Bord tal-Korporazzjoni Tax-Xogħol u Taħriġ u membru fil- Malta EU Steering Action Committee. Hija kienet involuta wkoll fil-Kunsilli ta’ l-Assoċjazzjoni Maltija Għal Min Iħaddem u l-Fondazzjoni Għall-Izvillup tar-Rizorsi Umani. Antoinette hija konsulenta ma’ bosta organizazzjonijiet privati u parastatali u taħdem bħala part-time lecturer ma’ l-Universita’ ta’ Malta.
Antoinette Caruana hija imsieħba tal- Chartered Institute of Personnel and Development (Renju Unit). |
|
Dr. Carmel Borġ huwa Senior Lecturer u Dean tal-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni, l-Universita’ ta’ Malta. Huwa jgħallem, jmexxi riċerka u jippubblika fl-oqsma ta’ Curriculum Studies, Critical Pedagogy u s-Sehem tal-ġenituri fl-Edukazzjoni ta’ Wliedhom. |
 |
Dr. Borġ jikkordina il-programm ‘Teaching for Diversity’ fi ħdan l-istess Universita’. Huwa editur tal- ‘Journal of Maltese Educational Research’ u co-editur tal- ‘Journal of Postcolonial Education’ (James Nicholas Press).
Huwa jaħdem bħala konsulent ma’ diversi skejjel u aġenziji edukattivi u espert tekniku u akkademiku fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja (DG Education). |
|
Prof. Peter Mayo huwa Associate Professor mad-Dipartiment ta’ l-Istudji Edukattivi fi ħdan il-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni (Universita’ ta’ Malta) fejn jgħallem u jmexxi riċerka fil-qasam tas-Soċjoloġija u l-Edukazzjoni għall-Adulti. |
 |
Il-kotba tiegħu jinkludu: The National Museum of Fine Arts (Midsea, 1997), Beyond Schooling, Adult Education in Malta (co-edited, Mireva 1997), Gramsci, Freire and Adult Education (Zed Books, 1999 - ippublikat u/jew ser ikunu ippubblikati bil- Catalan, Portugiz, Germaniz, Taljan u translation g]at-Tork minn Crec, Valencia, 2003, ArtMed Editora, Porto Alegre, 2004, Argument Verlag, Hamburg, 2005, Carlo Delfino Editore, Sassari, 2005, UTOPYA, Ankara, 2005 rispettivament), Gramsci and Education (co-edited, Rowman & Littlefield, 2002) u Liberating Praxis: Paulo Freire's Legacy for Radical Education and Politics (Praeger, 2004).
Peter huwa l-fundatur u l-co-editur tal- ‘Journal of Postcolonial Education’ u Reviews Editor tal- ‘Mediterranean Journal of Educational Studies’.
|
|
|
|
|